Tuesday, July 26, 2016

Litanija ta` Riparazzjoni lil Ġesu` Sagramentat


Litanija ta` Riparazzjoni lil Ġesu` Sagramentat

Mulej, ħniena
· Kristu, ħniena,
· Mulej, ħniena,
· Kristu, ismagħna,
· Kristu, ilqa' t-talb tagħna.
· Missier Etern, Alla, ħenn għalina.
· Iben, Alla, li fdejt id-dinja, ħenn għalina.
· Spirtu s-Santu, Alla, ħenn għalina.
· Trinita Mqaddsa, Alla wieħed, ħenn għalina.

· Ostja Mqaddsa, offerta għas-saħħa tal-bnedmin, ħenn għalina.
· Ostja Mqaddsa, umiljata fuq l-Altar minna u għalina, ħenn għalina.
· Ostja Mqaddsa, offiża mill-ħżiena, ħenn għalina.
· Ostja Mqaddsa, miġġielda mill-eretiċi u minn dawk li ma jemmnux fik, ħenn għalina.
· Ostja Mqaddsa, imżebilħa mid-dgħajfa, ħenn għalina.
· Ostja Mqaddsa, ħobż tal-anġli mogħti lil min ma jixraqlux, ħenn għalina.
· Ostja Mqaddsa, ittraskurata u abbandunata fil-knejjes, ħenn għalina.



·  Alla, kun ħanin magħna, u aħfrilna.
· Alla, kun għalina ta' għajnuna, u ismagħna.
· Għad-disprezzi bla qies lejn is-Sagrament hekk tal-għaġeb, aħna npattulek, Mulej!
· Għat-tqarbin ħażin, aħna npattulek, Mulej!
· Għall-Quddies sagrileġġ, aħna npattulek, Mulej!
· Għan-nuqqas ta' qima tal-insara, aħna npattulek, Mulej!
· Għan-nuqqas ta' ġieħ fil-knejjes Tiegħek, aħna npattulek, Mulej!
· Għas-serq tal-Pissidi Mqaddsa, aħna npattulek, Mulej!
· Għad-dagħa ta' sikwit tal-ħżiena, aħna npattulek, Mulej!
· Għall-wiri ta' films ħżiena li joffendu s-sentimenti ta' pajjiż nisrani, aħna npattulek, Mulej!
· Għall-ebusija u kefrija tal-eretiċi, aħna npattulek, Mulej!
· Għal Ġesu’ Kristu ppersegwitat fil-Vigarju Tiegħu f'din l-art, aħna npattulek, Mulej!
· Għal Ġesu’ Kristu ppersegwitat fl-Isqfijiet Tiegħu, aħna npattulek, Mulej!
· Għal Ġesu’ Kristu ppersegwitat fis-saċerdoti Tiegħu, aħna npattulek, Mulej!
· Għal Ġesu’ Kristu diżoronat mill-ġurnali ħżiena, aħna npattulek, Mulej!
· Għad-diskors ħażin li jingħad fil-knejjes Tiegħek min-nies bla għaqal, aħna npattulek, Mulej!
· Għall-profanaturi tal-knejjes, li jagħmluhom post ta' skandlu, aħna npattulek, Mulej!


· Mulej kattar fl-insara kollha r-rispett lejn l-Adorabbli Sagrament tal-Altar,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
· Mulej, ikxef is-Sagrament tal-imħabba Tieghek lill-eretiċi,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
· Mulej, ixħet fuqna l-offiżi ta' dawk li jiddisprezzawk,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
· Mulej, ilqa' t-tpattija tagħna magħmula bi spirtu ta' umilta’,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
· Mulej, agħmel li togħġbok dejjem l-adorazzjoni tagħna,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
· Ostja Pura, ismagħna.
· Ostja Mqaddsa, ismagħna.
· Ostja Immakulata, ismagħna.
Ħaruf ta' Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, aħfrilna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf ta' Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ismagħna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf ta' Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina.
O Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu, f'ġieħ l-Omm Tiegħek Marija jkollok ħniena minna, ilqa' dawn l-atti ta' riparazzjoni, u bierek l-ulied tal-Omm Tiegħek. Ammen.

Inħeġġeġ lil kulħadd biex titolbu din il-litanija wara li smajna b`serqa sagrilega tas-Santissimu Sagrament minn Kunvent fil-Belt Valletta. Wasal il-mument li t-tqarbin jibda isir fil-ħalq biss biex nevitaw aktar riskji.

No comments:

Post a Comment