Sunday, May 26, 2013

San Filippu Neri - Patrun ta' Pro Tridentina (Malta)

San Filippu Neri jgħallem liż-żgħażagħ.
Wieħed mill-qaddisin patruni ta' Pro Tridentina (Malta) huwa San Filippu Neri, li l-festa liturġika tiegħu ġeneralment tiġi ċċelebrata f'dan il-jum (kemm fil-Forma Ordinarja u dik Straordinarja). Ħajtu fil-qosor (meħuda mis-sit Ċak Malta:

Huwa wieħed mill-aktar qaddisin li jiġbdu simpatija. Għalkemm twieled Firenze fl-1515, iżda aktar hu marbut mal-Belt Eterna. Kien bniedem imħeġġeġ bl-imħabba ta’ Alla li wrieha fl-imħabba lejn għajru. Għalhekk waqqaf għaqda biex il-membri tagħha jgħinu u jieħdu ħsieb il-morda foqra. Meta fl-1551 f’Ruma sar qassis ingħata għall-ħidma fost it-tfal u ż-żgħażagħ u beda l-opra ta’ l-Oratorju għat-taħriġ fit-tagħlim u fil-kant. Għal dan il-għan waqqaf il-kongregazzjoni ta’ l-Oratorjani. Fost ħwejjeġ oħra fl-oratorju lit-tfal kien jgħallimhom siltiet mill-Vanġelu u jimmużikahomlhom biex ikantawhom. Minn dan tnisslet l-idea ta’ l-Oratorio – ġeneru mużikali li mbagħad żviluppawh kompożituri kbar bħal Mendelssohn, Hendel, Bach u oħrajn.

No comments:

Post a Comment